2 handtekeningen
Handtekeningeninzameling voltooid
Dit is een online petitie van het Europees Parlement.
Verzoekschrift gericht aan: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jgħid li d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul kienet maħsuba biex tipprovdi kundizzjonijiet preferibbli għall-fini ta' impjieg għal residenti għal residenti għat-tul ta' Stati Membri oħra. Abbażi ta' din il-premessa, hu jiddeplora l-fatt li tali residenti għat-tul ikollhom jikkonformaw ma' rekwiżiti ħafna aktar stretti, u jesperjenzaw ipproċessar aktar bil-mod tal-applikazzjonijiet, minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għal permess uniku skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/98/UE. Sitwazzjoni simili sseħħ fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi koperti bid-Direttiva 2009/50/KE u d-Direttiva (UE) 2016/801. Għaldaqstant, il-petizzjonant jipproponi li d-Direttiva 2003/109/KE tiġi emendata sabiex tiżgura li residenti għat-tul ta' Stati Membri oħra fl-ebda każ ma jkollhom jikkonformaw ma' rekwiżiti aktar stretti jew jesperjenzaw ipproċessar aktar bil-mod tal-applikazzjonijiet, minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom taħt id-Direttiva 2011/98/UE, jew id-Direttiva 2009/50/KE u d-Direttiva (UE) 2016/801.
Gegevens met betrekking tot de petitie
Petitie gestart:
04-06-2020
Collectie eindigt:
04-06-2021
Regio:
Europese Unie
Categorie: