Dwar in-nuqqas ta' rikonoxximent ta' lawrji mediċi maħruġa fil-Polonja, peress li allegatament ma jikkonformawx mad-Direttiva 2005/36/KE  

Richiedente
La petizione va a
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
0 Supporto 0 in Unione europea

Raccolta voti terminata

0 Supporto 0 in Unione europea

Raccolta voti terminata

  1. Iniziato 2020
  2. Raccolta voti terminata
  3. Preparare la presentazione
  4. Dialogo con il destinatario
  5. Decisione

Questa è una petizione online del Parlamento europeo .

Inoltro

F'Jannar 2019, il-gvern Pollakk adotta emenda għall-punt 5.1.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali kif emendata mid-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/608 tal-Kummissjoni, filwaqt li impona rekwiżiti addizzjonali fil-konfront tat-tobba kollha li jixtiequ jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fil-Polonja. Minbarra li dawn għandu jkollhom lawrja fil-mediċina, huma mistennija wkoll li jissodisfaw iż-żewġ rekwiżiti addizzjonali li ġejjin, li mhumiex inklużi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva: l-eżami nazzjonali LEK u internship post-universitarju ta' 13-il xahar, li għandhom jitlestew fil-Polonja u fil-lingwa Pollakka. Madankollu, skont il-Ministeru Pollakk tas-Saħħa u l-Kamra Pollakka tat-tobba, ir-rekwiżiti minimi li għandhom jitqiesu minn Stati Membri oħra tal-UE meta jiġu rikonoxxuti lawrji mediċi li jinħarġu fil-Polonja, huma dawk inklużi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2005/36/KE. Fl-opinjoni tal-petizzjonant, l-interpretazzjoni attwali tad-Direttiva tal-UE mill-gvern Pollakk tiddiskrimina b'mod ċar kontra l-gradwati minn pajjiżi oħra tal-UE: minħabba l-emenda għall-punt 5.1.1 tal-Anness V, bosta studenti internazzjonali kemm mill-pajjiżi tal-UE kif ukoll dawk barra mill-UE, li jkunu lestew programm ta' lawrja medika fil-Polonja, attwalment m'għandhom l-ebda dritt li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom bħala tobba jew jiksbu liċenzja medika, la fil-Polonja u lanqas fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE.

Link alla petizione

Immagine con codice QR

Slip a strappo con codice QR

download (PDF)

Non è ancora un argomento PRO.

Non è ancora un argomento CONTRA.

Contribuisci a rafforzare la partecipazione civica. Vogliamo che le tue istanze siano ascoltate e allo stesso tempo rimanere indipendenti.

Promuovi ora