Dwar il-ħtieġa li tiġi emendata l-liġi l-ġdida dwar id-detenzjoni fil-Litwanja 

Kampanje tas opp
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
0 Støttende 0 inn Den europeiske union

Innsamling ferdig

0 Støttende 0 inn Den europeiske union

Innsamling ferdig

  1. Startet 2020
  2. Innsamling ferdig
  3. Forbered innlevering
  4. Dialog med mottaker
  5. Beslutning

Dette er en nettbasert petisjon av Europaparlamentet .

Videresending

Il-petizzjonant janalizza l-implimentazzjoni tal-liġi Litwana dwar id-detenzjoni ta' persuni li jkunu arrestati u/jew ikkundannati għal reat kriminali, partikolarment ir-restrizzjoni li ħafna drabi tiġi imposta fuqhom milli jċemplu u/jew jaraw persuni oħra.Huwa jemmen li l-projbizzjoni milli jsiru telefonati jew milli wieħed jiltaqa' man-nies, partikolarment membri tal-familja, inklużi tfal minorenni, ħafna drabi twassal għal pressjoni psikoloġika enormi fuq il-persuni arrestati u għal abbuż minn din id-dispożizzjoni ta' eċċezzjoni fil-liġi (Artikolu 22-23) mill-qrati u mill-uffiċjali ta' kontroll ta' qabel il-proċess. L-eċċezzjoni tistabbilixxi lista eżawrjenti ta' każijiet li fihom id-detenuti jistgħu jsirulhom restrizzjonijiet. Il-prosekuturi u aġenti ġudizzjarji oħra allegatament jelenkawhom kollha b'mod sistematiku, xi ħaġa li skont il-petizzjonant hija legalment bla bażi. Ir-restrizzjoni għandha wkoll tal-inqas tkun marbuta ma' perjodu ta' żmien ċar, u kategorizzazzjoni speċifika ta' persuni li detenut ma jistax jiltaqa' magħhom jew iċemplilhom.Il-petizzjonant jemmen li l-interdizzjoni milli detenut iċempel jew jiltaqa' ma' qrabatu, u b'mod partikolari mat-tfal minorenni tiegħu, hija sproporzjonata, u tista', f'xi każijiet, tammonta għal tortura psikoloġika. Dan jgħodd kemm għad-detenut kif ukoll għall-membri tal-familja.Il-petizzjonant jirreferi għall-prinċipju kostituzzjonali tal-ugwaljanza, fis-sens li dan id-dritt tal-bniedem ma jistax jinkiser. Huwa jitlob emenda għal-Liġi, fid-dawl tan-nuqqas ta' restrizzjoni li detenut iċempel u jiltaqa' ma' membri tal-familja qrib tiegħu, skont id-dritt għall-ħajja tal-familja u d-drittijiet tat-tfal affettwati.

Link til kampanjen

Bilde med QR-kode

Avrivningslapp med QR-kode

nedlasting (PDF)

Ingen PRO-argument ennå.

Ingen CONS-argument ennå.

Bidra til å styrke innbyggermedvirkning. Vi ønsker å gjøre dine bekymringer hørt samtidig som vi forblir uavhengige.

Markedsfør nå