Dwar il-ġbir tad-dejn fir-Rumanija 

Pobudnik
Peticija je naslovljena na
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
2 2 v Evropska unija

Zbiranje končano

2 2 v Evropska unija

Zbiranje končano

  1. Začelo 2019
  2. Zbiranje končano
  3. Pripravite oddajo
  4. Dialog s prejemnikom
  5. Odločitev

To je spletna peticija Evropskega parlamenta .

Posredovanje

Il-petizzjonant jiddenunzja l-prattika ta' aġenziji tal-ġbir tad-dejn barranin li jixtru djun mingħand kumpaniji Rumeni, l-aktar banek, imbagħad jassenjaw il-ġbir lil aġenziji tal-ġbir tad-dejn Rumeni. Il-petizzjonant isostni li l-proċeduri ta' infurzar imressqa minn dawn tal-aħħar qed jiksru l-liġi Rumena, li ma tippermettilhomx li jirrappreżentaw entità legali oħra fil-qorti. Huwa jsostni wkoll li l-aġenziji tal-ġbir tad-dejn jiksru r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data minħabba li jipproċessaw data personali ta' debituri li qatt ma kienu f'kuntatt dirett magħhom u li qatt ma taw il-kunsens tagħhom għal dak l-għan. Il-petizzjonant isostni li l-aġenziji tal-ġbir tad-dejn barranin huma fil-fatt ditti tal-investiment kif definit mid-Direttiva 2014/65/UE u jwettqu attivitajiet ta' investiment fuq bażi professjonali, li jfisser li għandhom jiġu awtorizzati kemm fir-Rumanija kif ukoll fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, li mhuwiex il-każ.Informazzjoni– Il-petizzjonant jallega l-ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE li ġejja: (i) ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data); (ii) id-Direttiva (UE) 2016/680 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data; (iii) id-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (iv) ir-Regolament (UE) 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment

Povezava do peticije

Slika s kodo QR

Listek za trganje s kodo QR

Prenesi (PDF)

razprava

Zaenkrat še ni nobenega PRO argumenta.

Ni še argumenta CONS.

Pomagajte okrepiti sodelovanje državljanov. Želimo, da bi bili vaši pomisleki slišani in hkrati ostali neodvisni.

Promovirajte zdaj