3 Unterschriften
Sammlung beendet
Dies ist eine Online-Petition des Europäischen Parlaments.
Petition richtet sich an: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant, li jirrappreżenta l-Assoċjazzjoni Prawobrzeże, jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-kostruzzjoni ppjanata mill-Bord Marittimu tal-Portijiet ta' Szczecin u Świnoujście ta' terminal tal-kontejners tal-ilma fond fi ħdan iż-żona Świnoujście ta' Natura 2000 jkollha konsegwenzi irriversibbli fuq l-ambjent. Iż-żona tal-proġett ipprojettat tinkludi, fost affarijiet oħra, żewġ kilometri ta' bajja u riżerva naturali fil-Bajja ta' Pomerania, flimkien ma' duni, foresta u flora u fawna, li jifformaw ekosistema soġġetta għad-Direttiva dwar l-Għasafar u d-Direttiva dwar il-Ħabitats. Barra minn hekk, ir-residenti lokali huma mħassba dwar is-sigurtà tagħhom minħabba akkumulazzjoni ta' investimenti potenzjalment perikolużi qrib ħafna ta' djarhom (b'terminal tal-gass għat-trasbord u r-rigassifikazzjoni ta' gass naturali likwifikat, terminal tal-fjuwil u t-trasbord tas-sulfat u tat-trab tal-faħam, bl-użu ta' metodi primittivi, fil-port li jinsab 500 metru 'l bogħod biss). Ir-residenti jibżgħu li l-kostruzzjoni tat-terminal tal-kontejners, fejn it-tipi kollha ta' oġġetti, inklużi materjali fjammabbli u splussivi, se jitniżżlu fl-art, se żżid ir-riskju u l-periklu għal ħajjithom u saħħithom. Barra minn hekk, il-petizzjonant jisħaq fuq il-valur turistiku ta' din iż-żona kostali u l-impatt aktarx irriversibbli ta' din it-tip ta' attività fil-livell lokali u transkonfinali, peress li ż-żona tinsab qrib il-fruntiera mal-Ġermanja.
Angaben zur Petition
Petition gestartet:
24.09.2019
Sammlung endet:
23.09.2020
Region:
Europäische Union
Kategorie:
Umwelt