B'seba' firem, kontra l-kostruzzjoni ta' diġestur bijoloġiku għat-trattament tal-iskart 

Petitioner
Petition is addressed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

2 Signatures

Collection finished

2 Signatures

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding
This petition is also available in English.

Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

Il-petizzjonanta tindika li r-Reġjun tal-Liguria reċentement iddeċieda li jawtorizza l-kostruzzjoni ta' diġestur bijoloġiku f'post differenti minn dak li kien intgħażel qabel (Boscalino, Muniċipalità ta' Arcola) fil-pjan reġjonali. Il-post il-ġdid (Saliceti) fil-Muniċipalità ta' Vezzano Ligure, jinvolvi wkoll impjant ta' trattament tal-iskart b'kapaċità massima ta' 60 000 tunnellata/sena (meta mqabbel mal-25 000 tunnellata fil-pjan oriġinali). Il-petizzjonanta hi tal-fehma li r-Reġjun tal-Liguria wettaq ksur doppju: fil-konfront tal-popolazzjoni kkonċernata, bl-awtorizzazzjoni tal-proġett il-ġdid b'sempliċi EIA (valutazzjoni tal-impatt ambjentali) – minflok varjant tal-SEA (valutazzjoni ambjentali strateġika) – u fil-konfront taż-żona lokali, bl-ippjanar ta' diġestur bijoloġiku li huwa sempliċement kbir wisq. Il-petizzjonanta tilmenta dwar l-allegat ksur tal-leġiżlazzjoni dwar il-valutazzjoni ambjentali strateġika tal-UE (id-Direttiva 2001/42/KE) fir-rigward tan-nuqqas ta' konsultazzjoni u parteċipazzjoni pubblika fil-proċedura, u d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/98/KE) fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' awtosuffiċjenza u prossimità.

Petition details

Petition started: 04/22/2020
Collection ends: 04/22/2021
Region: European Union
Topic: Environment

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now