0 Подписи
Колекцията е завършена
Това е онлайн петиция на Европейския парламент.
Петицията е адресирана до: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonanta, għalliema tal-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji sa mill-2011, tilmenta dwar is-sitwazzjoni prekarja tal-impjiegi tal-għalliema tal-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji fl-Italja. Hi toġġezzjona għall-arranġamenti kuntrattwali applikati għal dik il-kategorija ta' għalliema, li jevitaw il-kuntratti normali tal-impjieg u jeskludu l-għażla li jagħmlu tajjeb għas-sigħat mitlufa u għall-ħlas ta' dawk is-sigħat f'każ ta' assenza minħabba mard jew minħabba raġunijiet serji oħra tal-familja. Barra minn hekk, skont il-petizzjonanta, fl-aħħar ta' dawk il-kuntratti ma tingħata l-ebda xibka ta' sikurezza soċjali jew forma oħra ta' appoġġ għall-introjtu. B'mod partikolari, il-petizzjonanta tirreferi għall-kuntratti ta' "sport tad-dilettanti" nazzjonali u reġjonali, li jipprovdu l-ammont redikolu ta' EUR 15 (gross) fis-siegħa, u li ma jitħallsux kull xahar iżda ħafna xhur wara li jsir ix-xogħol. Għalhekk, il-petizzjonanta titlob azzjoni mill-Parlament Ewropew, biex jiżgura li jiġu adottati arranġamenti kuntrattwali xierqa biex jiggarantixxu l-protezzjoni legali, professjonali u soċjali ta' dik il-kategorija ta' għalliema u biex jiżgura li l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji Taljani tiġi mgħallma mill-gradwati fix-Xjenza Sportiva.
Информация за петицията
Петицията е започната:
27.08.2020 г.
Колекцията приключва:
27.08.2021 г.
Регион:
Европейски съюз
категория:
Образование