1 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant qed jitlob li jiġi kkanċellat il-proġett għal ċentru kummerċjali ġdid għall-"iżvilupp mill-ġdid" ta' żona mitluqa fi Brianza, li hija okkupata minn dik li qabel kienet il-fabbrika tal-għamara Medaspan. Il-petizzjonant iżid l-argumenti li ġejjin insostenn ta' din il-pożizzjoni: a) il-livell għoli ta' tniġġis tal-arja fiż-żona inkwistjoni, li huwa proprju wieħed mill-agħar fl-Ewropa; b) iż-żieda fit-traffiku tat-triq li jattira ċ-ċentru l-ġdid; c) l-impatt fuq is-saħħa pubblika minħabba ż-żieda fil-konċentrazzjoni ta' sustanzi karċinoġeniċi fl-arja; d) il-possibbiltà ta' ksur tad-Direttiva dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li tipprovdi għal "skrinjar" sħiħ ta' proġetti ta' dan it-tip; e) l-impatt soċjoekonomiku tal-ftuħ ta' ċentru ġdid u l-għeluq mill-ġdid eventwali tiegħu, minħabba l-fatt li ż-żona hija diġà mifqugħa bil-kompetituri.
Petition details
Petition started:
01/15/2020
Collection ends:
01/15/2021
Region:
European Union
Topic:
Environment