F'isem Comité René Cassin, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi f'żona fin-Naħa t'Isfel ta' Seville (El Polígono Sur), Spanja 

Petitioner
Petition is addressed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

2 Signatures

Collection finished

2 Signatures

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding
This petition is also available in English.

Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

Il-petizzjonant jinsab imħasseb dwar il-kontaminazzjoni fiż-żona Poligono Sur ta' Seville minħabba l-problema tat-trattament tal-ilma urban mormi. Huwa membru ta' organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ li sa mill-2013 ipprovdiet għajnuna pro bono lill-parroċċa taż-żona. Huwa jsostni li persuni fiż-żona kkuntattjaw lill-organizzazzjoni tiegħu għall-għajnuna u li dawn jinsabu skomdi bis-sitwazzjoni ta' għajxien tagħhom mhux diċenti. Huwa pprovda ritratti tal-kontaminazzjoni. Huwa jsostni li l-ilma mormi jinkludi idrokarburi, ċomb, demel, awrina u t-tipi kollha ta' skart li jiġi mal-insetti u l-firien. Huwa jallega li dan aggrava l-problemi relatati mas-saħħa fiż-żona u li hemm infezzjonijiet li jiġu trażmessi mill-ilma, kif ukoll infezzjonijiet mill-ġrieden u l-firien. Huwa jsostni li kien hemm fondi sabiex tittejjeb iż-żona, inkluż mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2006/2014), iżda ċerti partijiet tal-viċinat għadhom l-istess: iddanneġġati u mhux tajbin għall-għajxien. Huwa kkuntattja bosta awtoritajiet lokali, awtonomi u nazzjonali, inkluż l-ombudsman tal-Andalusija, is-sindku ta' Seville, il-kunsill tal-benessri u ħafna aktar. Huwa jallega li kien hemm nuqqas ta' rispons u li Spanja mhux qed tikkonforma mad-Direttiva 1991/271/KEE dwar it-trattament tal-ilma urban mormi u għalhekk qed jitlob lill-Parlament għall-għajnuna.

Petition details

Petition started: 02/24/2020
Collection ends: 02/24/2021
Region: European Union
Topic: Environment

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now