3 handtekeningen
Handtekeningeninzameling voltooid
Dit is een online petitie van het Europees Parlement.
Verzoekschrift gericht aan: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jirreferi għal proġett ta' trattament tal-ilma mormi fi Slovenja magħruf bħala "Ljubljana Wastewater Collection and Treatment" (Ġbir u Trattament tal-Ilma Mormi ta' Ljubljana) (Brod-Ježice) u jallega li dan qed jikser id-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif ukoll ir-Regolament 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta'0 Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali. Il-petizzjoni tiddeskrivi fid-dettall l-ispeċifikazzjonijiet tal-proġett u r-riskji ambjentali assoċjati pperċepiti mill-petizzjonanti, inkluża l-allegazzjoni li l-proġett se jsir fuq medda ta' art li mhijiex ġeoloġikament stabbli. Il-petizzjonanti jsostnu li l-proċessi tal-awtorizzazzjoni għall-proġett kienu irregolari u li ma waslet l-ebda tweġiba mill-awtoritajiet responsabbli minkejja li kemm l-awtoritajiet lokali kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea huma konxji tat-tħassib ambjentali.
Gegevens met betrekking tot de petitie
Petitie gestart:
24-09-2019
Collectie eindigt:
23-09-2020
Regio:
Europese Unie
Categorie:
Milieu