4 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jiddenunzja s-sitwazzjoni tal-baħħara fl-Italja, jiġifieri l-ekwipaġġi li jaħdmu fin-navigazzjoni fuq l-ilmijiet interni, kostali u tal-gżejjer u impjegati min-netwerk ferrovjarju Taljan. Il-petizzjonant jirreferi għall-fatt li sa mill-1995, Rete ferroviaria italiana impjegat 18 % aktar ħaddiema b'kuntratti ta' impjieg għal terminu fiss milli b'kuntratti permanenti. Il-petizzjonant isostni li r-regolamenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-impjieg fis-settur marittimu huma stabbiliti mill-kodiċi tan-navigazzjoni u d-Direttiva 1999/70/KE dwar kuntratti għal terminu fiss. Il-petizzjonant jemmen li l-leġiżlazzjoni Taljana dwar il-kwistjoni ma tipprovdix protezzjoni adegwata u effettiva kontra l-abbuż, bi ksur tar-regolamenti Ewropej. Il-petizzjonant għalhekk jitlob l-intervent tal-Parlament Ewropew biex itemm l-abbuż tal-baħħara fl-Italja, li bħalissa ma għandhomx protezzjoni adegwata.
Petition details
Petition started:
09/24/2019
Collection ends:
09/23/2020
Region:
European Union
Topic:
Welfare