Migracji

Dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni fil-Greċja, b'mod partikolari fil-gżira ta' Samos 

Petycja jest adresowana do
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
2 Wspierający 2 w Unia Europejska

Zbiórka zakończona

2 Wspierający 2 w Unia Europejska

Zbiórka zakończona

  1. Rozpoczęty 2019
  2. Zbiórka zakończona
  3. Przygotuj zgłoszenie
  4. Dialog z odbiorcą
  5. Decyzja

To jest petycja internetowa Parlamentu Europejskiego .

przekazywanie

Il-petizzjonanta tistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu azzjoni biex isolvu dik li hija tiddeskrivi bħala qagħda mwiegħra fil-Greċja peress li tospita għadd kbir ta' migranti. Il-petizzjonanta, ċittadina Ġermaniża, tgħix fil-gżira ta' Samos u tiddeskrivi l-esperjenza li tgħaddi minnha kuljum peress li ma tistax tagħmel użu mis-servizzi pubbliċi bażiċi minħabba l-preżenza ta' gruppi kbar ta' migranti, li jgħixu f'kundizzjonijiet mhux dinjitużi u jpoġġu pressjoni fuq il-fornituri tas-servizzi pubbliċi. B'mod partikolari, il-petizzjonanta tirreferi għal kjuwijiet twal fl-uffiċċji tal-posta, fejn il-migranti jistennew trasferimenti tal-flus, u l-isptarijiet pubbliċi, fejn ta' spiss il-migranti jiġu ttrattati bi prijorità, allegatament minħabba l-biża' ta' mard li jista' jittieħed, u dan iwassal biex il-popolazzjoni lokali ma tinqediex kif xieraq. Il-petizzjonanta hija tal-fehma li s-sitwazzjoni attwali li jgħixu fiha l-migranti fil-gżira hija ta' żvantaġġ għalihom kif ukoll għall-abitanti lokali tal-gżira. Il-petizzjonanta tirreferi għall-ħtieġa li jiġu ddedikati aktar fondi tal-UE biex jgħinu lill-migranti u tiġi ġestita aħjar il-pressjoni min-naħa tal-migranti fuq is-servizzi pubbliċi madwar l-Unjoni kollha, pjuttost milli jitqiegħed piż eċċessiv fuq il-Greċja bħala pajjiż li għadu qed jirkupra minn kundizzjonijiet ta' kriżi. Għalhekk, hija tistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu sforzi akbar biex jappoġġjaw inizjattivi ta' finanzjament b'rabta mal-migrazzjoni fuq livell lokali, u mhux li jinvestu f'dawk li l-petizzjonanta tiddeskrivi bħala proġetti pubbliċi appoġġjati mill-UE li mhumiex ta' prijorità bħal mużew marittimu fil-qrib.

Link do petycji

Obraz z kodem QR

Odrywana kartka z kodem QR

pobierać (PDF)

Brak argumentu ZA.

Nie ma jeszcze argumentu PRZECIW

Pomóż nam wzmocnić uczestnictwo obywateli. Chcemy, aby twoja petycja przyciągnęła uwagę i pozostała niezależna.

Wesprzyj teraz