Animal rights

By P. O. S.(Spanish) on the treatment of domestic pets in the European Union during the COVID-19 outbreak 

Petitioner
Petition is directed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
5 supporters 5 in European Union

Collection finished

5 supporters 5 in European Union

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding

Il-petizzjonant jesprimi t-tħassib tiegħu dwar żieda fil-każijiet ta' abbandun tal-klieb matul il-kwarantina deċiża mill-Gvern Spanjol biex inaqqas it-tixrid tal-COVID-19. Xi persuni jibżgħu li l-annimali domestiċi tagħhom jistgħu jgħaddulhom il-virus. Din l-istess sitwazzjoni qed tiġi replikata fi Stati Membri oħra. Il-petizzjonant isostni li, f'pajjiżi partikolarment milquta ħażin mill-COVID-19, bħaċ-Ċina jew l-Italja, l-annimali sofrew il-konsegwenzi ta' dan il-paniku soċjali mifrux. Fiċ-Ċina waslu saħansitra biex jissagrifikaw il-klieb tagħhom billi waddbuhom 'il barra mit-twieqi, filwaqt li fl-Italja diversi organizzazzjonijiet irrappurtaw li kien hemm diġà aktar minn 2,000 każ ta' klieb abbandunati. F'dan il-kuntest drammatiku, xi entitajiet, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), ifakkru li l-klieb ma jistgħux isofru minn din il-marda jew ixerrduha, u għalhekk jitolbu l-kalma mill-popolazzjoni. Għar-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, fid-dawl tat-traġedja esperjenzata mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa, il-petizzjonant jixtieq iwassal lill-Parlament Ewropew it-tħassib dwar din il-problema tal-eluf ta' annimali domestiċi abbandunati, li saret aktar gravi fil-kuntest tal-pandemija tal-coronavirus. Il-petizzjonant jaħseb li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jiżviluppaw strateġiji ta' emerġenza komunitarji sabiex jindirizzaw din il-problema sakemm iddum il-kriżi tal-coronavirus, billi jippromwovu l-ftuħ ta' xelters għall-annimali abbandunati u kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubblika fil-livell Ewropew f'dan ir-rigward. Il-petizzjonant jemmen li hemm bżonn jinħoloq fond ekonomiku Ewropew speċifiku biex jirrispondi għal dawn l-emerġenzi u jirrinforza l-azzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri f'din il-kwistjoni serja li tikkawża wkoll tħassib għal bosta Ewropej u assoċjazzjonijiet għad-difiża tad-drittijiet tal-annimali.

Link to the petition

Image with QR code

Tear-off slip with QR code

download (PDF)

Not yet a PRO argument.

No CONTRA argument yet.

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now