4 Unterschriften
Sammlung beendet
Dies ist eine Online-Petition des Europäischen Parlaments.
Petition richtet sich an: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonanta, ta' ċittadinanza Ekwadorjana, li tgħix fil-Ġermanja u li hija l-omm ta' tifla li twieldet fl-2009 permezz tal-fertilizzazzjoni in vitro, tikkundanna l-azzjonijiet tal-Jugendamt u s-sistema Ġermaniża għall-protezzjoni tal-familji, li hija tikkunsidra li huma diskriminatorji fil-konfront tal-ġenitur mhux Ġermaniż u li jħallu effetti nefattivi fuq il-proċedimenti kriminali relatati fil-kawżi ċivili. Il-petizzjonanta ssostni li, wara li skopriet ritratti tal-pornografija tat-tfal fuq il-kompjuter tar-raġel tagħha, hija ppreżentathom lill-pulizija, flimkien mal-ilment tagħha. Il-proċedimenti kriminali rriżultaw fl-impożizzjoni ta' multa fuq ir-raġel. Il-prosekuzzjoni rrifjutat li tirritorna l-materjal lill-omm, fejn saħqet li l-pussess ta' tali ritratti kien illegali. Fil-proċedimenti relatati mal-kustodja tat-tifla, l-imħallef qies li r-raġel, peress li ħallas multa, ma kellu l-ebda rekord kriminali preċedenti. Sussegwentement, l-imħallef ta lill-missier id-drittijiet kollha fuq it-tifla. L-imħallef sostna wkoll li, peress li t-tifla twieldet permezz tal-fertilizzazzjoni in vitro, il-missier huwa l-uniku ġenitur bijoloġiku. Il-petizzjonanta tindika li t-tifla m'għandha l-ebda kuntatt m'ommha għaliex il-missier iddeċieda hekk.
Angaben zur Petition
Petition gestartet:
24.09.2019
Sammlung endet:
23.09.2020
Region:
Europäische Union
Kategorie: