0 Unterschriften
Sammlung beendet
Dies ist eine Online-Petition des Europäischen Parlaments.
Petition richtet sich an: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jargumenta li, skont ir-Regolament il-ġdid dwar l-Ekodisinn (1253/2014), il-units tal-ventilazzjoni l-qodma li jintużaw anke fl-impjanti elettriċi tal-faħam għandhom jiġu ssostitwiti b'oħrajn ġodda. Madankollu, il-units il-ġodda disponibbli fis-suq huma ħafna akbar mill-qodma minħabba titjib fil-prestazzjoni, u dan ifisser li mhuwiex possibbli li l-qodma jiġu ssostitwiti faċilment b'oħrajn ġodda. Iżda l-units li vvinta hu jkunu adatti u, barra minn hekk, jikkunsmaw 70-90 % inqas elettriku. Madankollu, il-unit tiegħu mhijiex konformi mar-Regolament għax ma tissodisfax il-prestazzjoni meħtieġa tal-fann. Fl-interess tal-protezzjoni tal-klima, il-petizzjonant jitlob li r-Regolament dwar l-Ekodisinn jiġi emendat sabiex ikun jista' jiġi installat apparat ġdid anke jekk dan ma jissodisfax il-prestazzjoni meħtieġa tal-fann, dment li l-manifattur tal-unit jagħti prova li l-apparat il-ġdid jista' jikseb iffrankar tal-elettriku ta' mill-inqas 70 %.
Angaben zur Petition
Petition gestartet:
22.04.2020
Sammlung endet:
22.04.2021
Region:
Europäische Union
Kategorie:
Umwelt