1 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant isostni li s-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-UE qabżu sewwa l-kapaċità tagħhom u l-isptarijiet jeħtieġ li jżidu l-kapaċità b'teknoloġija ta' emerġenza, bħal ventilaturi minn sorsi miftuħa u blowers bi prezz baxx li jaħdmu bil-batteriji (PAPRs). Il-petizzjonant isostni li l-UE naqqset ir-ritmu ta' kwalunkwe azzjoni biex tintuża teknoloġija avvanzata, żviluppata minn diversi inizjattivi domestiċi, billi imponiet osservanza stretta tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Dan inaqqas ir-ritmu għar-ritorn għall-attivitajiet ta' kuljum. Il-petizzjonant isostni li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha skema ta' użu ħanin b'aċċess bikri għall-mediċini, u huwa jsostni li, fil-kuntest tal-emerġenza attwali, il-Parlament Ewropew jista' jespandi din l-iskema ta' aċċess eżistenti għall-apparat mediku. Il-petizzjonant isostni wkoll li l-finanzjament tar-riċerka bħala tali ma jirrispondix għall-ħtiġijiet immedjati, u għalhekk jinsisti fuq l-istabbiliment ta' Awtorizzazzjoni għall-Użu ta' Emerġenza.
Petition details
Petition started:
05/19/2020
Collection ends:
05/19/2021
Region:
European Union
Topic:
Science