2 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jafferma li l-moviment liberu – l-aktar kisba popolari tal-UE – m'għandhiex tibqa' titqies bħala fatt ċert, fid-dawl tal-Brexit u tal-attakki nazzjonalisti estremi fuq Ewropa mingħajr fruntieri interni. Fil-fehma tiegħu, dawn l-attakki qegħdin jibdew idgħajfu r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet Ewropej, b'mod partikolari d-drittijiet transfruntiera għar-residenza, is-sigurtà soċjali u r-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali. Il-petizzjonant jikkundanna wkoll dik li jsejjaħ "Fortizza Ewropa ta' ħitan u fildiferru mxewwek" u jitlob spazju Ewropew mingħajr fruntieri li jilqa' lil dawk li jfittxu l-asil u lir-rifuġjati. Fost affarijiet oħra, il-petizzjonant jistieden lill-Parlament Ewropew iwaqqaf kumitat speċjali li jirrevedi l-aspetti kollha tad-drittijiet u ċ-ċittadinanza Ewropej, b'mod partikolari l-moviment liberu, id-dritt għall-vot u l-kandidatura fl-elezzjonijiet lokali u dawk Ewropej, u jippromwovi dibattitu infurmat dwar il-migrazzjoni.
Petition details
Petition started:
05/07/2020
Collection ends:
05/07/2021
Region:
European Union
Topic: