3 signatures
Collecte terminée
Il s'agit d'une pétition en ligne du Parlement européen.
Pétition adressée à : Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jitlob li tingħata informazzjoni aħjar lill-konsumaturi dwar it-tikkettar fuq l-imballaġġ tal-ikel, il-farmaċewtiċi, l-għalf tal-annimali, il-prodotti tat-tindif u tal-ħasil u t-tessuti li jkunu ġew immanifatturati jew ipproċessati bl-użu ta' tekniki tal-inġinerija ġenetika. Il-kultivazzjoni tal-pjanti ġenetikament modifikati qiegħda tiżdied b'mod kostanti. Pereżempju, proporzjon kbir ta' prodotti tal-ikel li jkunu ġejjin mill-annimali ġej minn annimali mitmugħa esklużivament jew parzjalment b'tali għalf. L-inġinerija ġenetika tintuża wkoll f'ħafna mediċini, prodotti tat-tindif u tal-ħasil u tessuti. Il-petizzjonant isostni li fil-preżent l-informazzjoni disponibbli għall-konsumatur dwar l-użu ta' inġinerija ġenetika hija kompletament inadegwata u f'xi każijiet qarrieqa. Għaldaqstant, jitlob li l-prodotti kollha jiġu ttikkettati b'mod korrett u preċiż.
détails de la pétition
Pétition lancée:
23/04/2020
Fin de la collecte:
23/04/2021
Région:
Union européenne
Catégorie:
Économie