F'isem Liberecký kraj, dwar il-periklu li jintilef l-ilma tax-xorb fir-reġjun ta' Liberec (ir-Repubblika Ċeka) minħabba l-espansjoni ta' minjiera tal-faħam kannella f'Turów (il-Polonja) 

Petitioner
Petition is addressed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

3 Signatures

Collection finished

3 Signatures

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding
This petition is also available in English.

Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

Il-petizzjonant jibża' li 30 000 abitant tar-reġjun ta' Liberec huma f'periklu li jibqgħu mingħajr ilma tax-xorb minħabba l-attivitajiet u l-espansjoni ta' minjiera tal-faħam kannella f'Turów. Barra minn hekk, dan jaffettwa b'mod negattiv il-kwalità tal-ħajja tal-abitanti fil-fruntiera Ċeka minħabba l-istorbju u t-trab fl-arja. Il-petizzjonant isostni li l-liċenzja għal xogħol ta' tħaffir hija valida sa April 2020, iżda l-operatur tagħha qed japplika għal estensjoni sal-2044 kif ukoll għal espansjoni ta' 150-200 metru. Il-petizzjonant huwa tal-fehma li, fil-każ ta' tħaffir kontinwu, se jkun hemm riskju li jintilef l-ilma tax-xorb. Fl-opinjoni tiegħu, il-proċess ta' awtorizzazzjoni li għaddej imur kontra d-Direttiva VAS (2001/42/KE), id-Direttiva VIA (2011/92/UE), id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.Il-petizzjonant jitlob valutazzjoni mill-Kummissjoni qabel l-estensjoni mitluba, u verifika xierqa skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.Huwa jitlob ukoll li ssir missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fit-territorju kkonċernat u li jiġu adottati rakkomandazzjonijiet dwar it-tnaqqis tal-impatt tal-minjiera Turów fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Petition details

Petition started: 04/27/2020
Collection ends: 04/27/2021
Region: European Union
Topic:

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now