3 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jitlob li tiġi kkompletata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri li Jivvjaġġaw bl-Ajru b'regoli komuni dwar standard uniku għal dimensjonijiet tal-bagalji tal-idejn. Ħafna kumpaniji tal-linji tal-ajru bbażati fl-Unjoni Ewropea u li qed itiru lejn destinazzjonijiet fl-Ewropa għandhom allowances differenti fir-rigward tal-bagalji tal-kabina u dawk irreġistrati. Kull linja tal-ajru għandha r-regoli tagħha dwar id-daqs tal-bagalji li tippermetti u l-imposti li titlob mill-passiġġieri tagħha. F'każ ta' bidla tal-linji tal-ajru fl-istess vjaġġ, id-dimensjonijiet tal-bagalji permessi jistgħu jkunu differenti. Il-petizzjonant jikkunsidra li dawn ir-regoli differenti joħolqu spiża moħbija, jekk wieħed jeħtieġ li jbiddel il-linji tal-ajru għal raġunijiet mhux previsti jew prattiċi. Din il-kumplessità straordinarja ta' standards u regoli tal-linji tal-ajru tidher li hija diskrezzjonali u sproporzjonata. Il-petizzjonant jitlob ir-regolamentazzjoni tad-Drittijiet tal-Passiġġieri li Jivvjaġġaw bl-Ajru b'tali mod li l-linji tal-ajru kollha jkunu meħtieġa jippermettu li l-passiġġieri jkollhom standard uniformi ta' dimensjonijiet ta' bagalji tal-idejn.
Petition details
Petition started:
01/16/2020
Collection ends:
01/16/2021
Region:
European Union
Topic: