F'isem l-EU Rights Clinic, dwar il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-kuntest ta' Brexit 

Petiţionar
Petiția se adresează
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
21 21 in Uniunea Europeană

Colectia terminata

21 21 in Uniunea Europeană

Colectia terminata

  1. A început 2019
  2. Colectia terminata
  3. Pregătiți depunerea
  4. Dialog cu destinatarul
  5. Decizie

Aceasta este o petiție online al Parlamentului European .

Redirecționare

Il-petizzjonant jinsab imħasseb li l-abbozz tal-Ftehim ta' Ħruġ mhuwiex se jkopri għalkollox l-ispettru sħiħ ta' drittijiet li ċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja kollha tagħhom igawdu minnhom bħalissa fir-rigward tar-residenza, tax-xogħol u tat-trattament indaqs skont il-liġi tal-UE. B'mod partikolari, huwa jargumenta li, dan jikkonċerna tliet kategoriji ta' persuni: i) membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE li reġgħu lura f'pajjiżhom wara li għexu fi Stat Membru ieħor, jiġifieri, kemm dawk li reġgħu lura f'pajjiżhom qabel Brexit, kif ukoll dawk li se jerġgħu lura f'pajjiżhom wara Brexit (Kawża tal-QĠUE C-370/90 Surinder Singh); ii) persuni li jagħtu kura tas-saħħa primarja liċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom dritt ta' residenza fil-pajjiż ta' oriġini taċ-ċittadini tal-UE (Kawża tal-QĠUE C-34/09 Ruiz Zambrano); u iii) ċittadini Brittaniċi li bħalissa qegħdin jgħixu fi Stat Membru tal-UE27 u li jixtiequ jżommu d-drittijiet tagħhom għal moviment liberu kontinwu. Huwa jsostni wkoll li l-Ftehim ta' Ħruġ jenħtieġ li, fost oħrajn, jistabbilixxi impenji tar-Renju Unit dwar l-assigurazzjoni komprensiva medika u l-istatus tal-ħaddiema, iżomm id-drittijiet kollha ta' appell, iżomm aċċess kontinwu għal servizzi ta' assistenza tal-UE (SOLVIT u YEA), jirrikjedi l-ħruġ ta' rapporti pubbliċi ta' konformità matul il-perjodu tranżitorju, u jżomm miżuri adegwati ta' salvagwardja dwar l-użu tal-ordni pubbliku u r-restrizzjonijiet tas-sigurtà pubblika.

Link către petiție

Imagine cu cod QR

Fișă detașabilă cu cod QR

Descarca (PDF)

Niciun argument PRO încă.

Niciun argument CONTRA încă.

Ajutați la consolidarea participării cetățenilor. Dorim să vă facem auzite preocupările, rămânând în același timp independenți.

Promovați acum