Sănătate

F'isem is-soċjetà Spanjola għas-saħħa u l-mediċina integrattiva, assemblea nazzjonali għall-omeopatija, dwar il-mediċina integrattiva 

Petiţionar
Petiția se adresează
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
412 de susținere 412 in Uniunea Europeană

Colectia terminata

412 de susținere 412 in Uniunea Europeană

Colectia terminata

  1. A început 2020
  2. Colectia terminata
  3. Pregătiți depunerea
  4. Dialog cu destinatarul
  5. Decizie

Aceasta este o petiție online al Parlamentului European .

Redirecționare

Il-petizzjonanta tistieden lill-UE tikkundanna lill-Gvern Spanjol talli beda kampanja ta' pubbliċità fil-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa tal-pajjiż kontra dak li huwa jsejjaħ "psewdoterapiji" – "Pjan kontra l-psewdoterapiji u l-psewdoxjenzi". Skont il-petizzjonanta, il-gvern investa aktar minn EUR 1.1 miljun f'din il-kampanja, li tipprova tiskredita ċerti terapiji li – skont il-petizzjonanta – huma ta' benefiċċju għas-saħħa u huma rakkomandati minn eluf ta' professjonisti li jippreskrivuhom għal skopijiet ta' saħħa, għall-prevenzjoni tal-mard u għall-benesseri tal-pazjenti. Dawn it-terapiji jinkludu l-agupuntura, li tintuża għat-trattament tal-uġigħ jew bħala rimedju omeopatiku, u hija kkunsidrata bħala prodott mediċinali mill-UE skont l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Unjoni b'rabta ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. Il-petizzjonanta tesprimi t-tħassib tagħha dwar id-dewmien fir-regolament dwar il-mediċina omeopatika, peress li fit-28 ta' April 2018 l-Ordni SSI/425/2018, tas-27 ta' April 2018, ġiet ippubblikata fil-Bullettin tal-Istat Uffiċjali, u ġie ddikjarat li l-mediċini omeopatiċi jridu jkunu liċenzjati. Il-petizzjonanta titlob: • li l-Istat Spanjol ikun meħtieġ jikkonforma mal-leġiżlazzjoni Ewropea b'referenza għal dan il-qasam tal-kura tas-saħħa; • l-iżvilupp ta' qafas regolatorju fil-livell Ewropew biex jiġi żgurat li l-mediċina integrattiva, it-terapiji u l-prattika tagħha jitwettqu b'mod sikur u jkunu regolati b'mod akkademiku u xjentifiku b'reazzjoni għad-domanda dejjem tikber min-naħa tal-pazjenti f'dan il-qasam, filwaqt li l-pazjenti jitħallew liberi li jagħżlu t-terapija li jippreferu u l-professjonisti jitħallew liberi li jipprattikaw il-professjoni tagħhom.

Link către petiție

Imagine cu cod QR

Fișă detașabilă cu cod QR

Descarca (PDF)

Niciun argument PRO încă.

Niciun argument CONTRA încă.

Ajutați la consolidarea participării cetățenilor. Dorim să vă facem auzite preocupările, rămânând în același timp independenți.

Promovați acum