F'isem il-Konfederazzjoni Ewropea tal-Pulizija (EuroCOP), dwar id-drittijiet soċjali, id-dritt tal-istrajkjar u s-saħħa u s-sikurezza tal-uffiċjali tal-pulizija in the EU 

Framställaren
Petitionen är riktat mot
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
32 Stödjande 32 i Europeiska unionen

Insamlingen är klar

32 Stödjande 32 i Europeiska unionen

Insamlingen är klar

  1. Startad 2020
  2. Insamlingen är klar
  3. Förbered inlämning
  4. Dialog med mottagare
  5. Beslut

Detta är en online-petition av Europaparlamentet.

vidarebefordrar

Il-petizzjonanta hija mħassba dwar il-perċezzjoni ta' nuqqas ta' implimentazzjoni ta' ċerti drittijiet soċjali fir-rigward tal-uffiċjali tal-pulizija. Il-petizzjonanta tallega li diversi Stati Membri rrestrinġew jew saħansitra ċaħdu d-drittijiet fundamentali lill-uffiċjali tal-pulizija, bħad-dritt tal-libertà ta' espressjoni, id-dritt għal-libertà tal-għaqda u ta' assoċjazzjoni, id-dritt ta' negozjar u ta' azzjoni kollettiva, u d-drittijiet tal-ħaddiema għal informazzjoni u konsultazzjoni. Hija tirreferi speċifikament għall-forzi tal-pulizija fi Spanja, il-Portugall u l-Irlanda, fejn uffiċjali tal-pulizija jiffaċċjaw restrizzjonijiet fl-affiljazzjoni u l-attivitajiet tagħhom fi ħdan trade unions. Il-petizzjonanta tistqarr li r-restrizzjonijiet fuq id-dritt tal-istrajkjar għandhom jiġu interpretati b'mod restrittiv u tallega li l-Istati Membri ma tawx raġunijiet konvinċenti għalfejn teżisti projbizzjoni assoluta fuq id-dritt tal-istrajkjar għall-uffiċjali tal-pulizija. Il-petizzjonanta ssostni wkoll li l-uffiċjali tal-pulizija ma jingħatawx l-istess drittijiet tas-saħħa u sikurezza bħal ħaddiema oħra skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol. Hija tistqarr li l-uffiċjali tal-pulizija huma aktar esposti għal mard relatat max-xogħol bħad-dipressjoni, il-PTSD u stress, u hija mħassba dwar in-nuqqas ta' tagħmir u taħriġ xierqa. Il-petizzjonanta tirrakkomanda li l-uffiċjali tal-pulizija jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni kollha rilevanti li hija relatata mal-protezzjoni tal-ħaddiema (id-Direttiva 89/391/KEE u d-Direttiva 2009/104/KE) u li trid tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-UE li tindirizza b'mod speċifiku lill-uffiċjali tal-pulizija.

Länk till petitionen

Bild med QR-kod

Avrivningslapp med QR-kod

ladda ner (PDF)

Inga PRO-argument ännu.

Inga KONTRA-argument än.

Bidra till att stärka medborgarnas delaktighet. Vi vill göra din oro hörd samtidigt som vi förblir oberoende.

Donera nu