Социальных вопросах

F'isem iċ-Ċentru għal Għajxien Indipendenti dwar l-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej fil-Bulgarija 

проситель
Петиция адресована к
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
15 Поддерживающий 15 через Европейский союз

Сбор закончен

15 Поддерживающий 15 через Европейский союз

Сбор закончен

  1. Начат 2019
  2. Сбор закончен
  3. Подготовить подачу
  4. Диалог с получателем
  5. Решение

Это онлайн-петиция Европейского парламента .

пересылка

Il-petizzjoni tikkonċerna l-użu maħsub tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) għall-bini ta' djar li jilqgħu fihom persuni bi bżonnijiet speċjali għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni anzjani. Tali djar li jilqgħu fihom persuni bi bżonnijiet speċjali jagħmlu parti mill-isfozi tal-Gvern Bulgaru biex is-sistema tal-kura fit-tul ma tibqax istituzzjonalizzata, u b'hekk jitrawmu l-għajxien indipendenti tal-persuni b'diżabbiltà u tal-anzjani, u l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni ġenwini tagħhom fis-soċjetà. Madankollu, il-petizzjonant jinsab imħasseb dwar il-fatt li minkejja li tali djar li jilqgħu fihom persuni bi bżonnijiet speċjali jistgħu gradwalment iwasslu għall-għeluq tal-istituzzjonijiet tradizzjonali, x'aktarx dawn mhux se jtemmu s-segregazzjoni u l-esklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni anzjani fis-soċjetà. F'dan ir-rigward, il-petizzjonant jissuġġerixxi alternattiva għall-użu tal-fondi tal-UE biex jinxtraw appartamenti fi blokok ta' appartamenti/djar eżistenti u jiġi pprovdut appoġġ aktar individwalizzat. Il-petizzjonant jitlob lill-Parlament Ewropew biex jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Bulgarija tuża l-fondi tal-UE biex tappoġġja l-inklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabbiltà f'konformità mal-obbligi tal-UE u tal-UNCRPD tal-pajjiż. Dan jirrikjedi l-adozzjoni ta' strateġija u ta' pjan għall-kura fit-tul (deistituzzjonalizzazzjoni), li tipprijoritizza l-provvista ta' akkomodazzjoni aċċessibbli u affordabbli (mhux ikkongregata) u appoġġ mhux residenzjali fil-komunità, inkluża għajnuna personali. Il-petizzjonant jissuġġerixxi wkoll li tiġi żviluppata metodoloġija biex jiġu evalwati l-istateġiji ta' deistituzzjonalizzazzjoni tal-Istati Membri li tqis is-CRPD u tevalwa lill-Istati Membri abbażi tal-eżiti għall-individwi kkonċernati, fir-rigward tal-inklużjoni soċjali u tal-parteċipazzjoni fil-komunità tagħhom.

Ссылка на петицию

Изображение с QR-кодом

Отрывной талон с QR-кодом

скачать (PDF)

Пока нет аргумента за.

Пока нет аргумента против.

Помогите укрепить гражданское участие. Мы хотим, чтобы ваши проблемы были услышаны, оставаясь независимыми.

Пожертвовать сейчас