B'6 firem, dwar allegat ksur tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni f'kundizzjonijiet tal-impjieg ta' nisa li jidħlu lura għax-xogħol minn leave tal-maternità 

Peticijos pateikėjas
Peticija adresuota
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
0 0 in Europos Sąjunga

Rinkimas baigtas

0 0 in Europos Sąjunga

Rinkimas baigtas

  1. Pradėta 2020
  2. Rinkimas baigtas
  3. Parengti pateikimą
  4. Dialogas su gavėju
  5. Sprendimas

Tai internetinė peticija Europos Parlamento .

persiuntimas

Il-petizzjonanta tallega li hemm ksur u irregolaritajiet fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-Bulgarija rigward il-prinċipju ta' ugwaljanza u ta' protezzjoni minn diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-impjegati. Il-petizzjonanta u l-firmatarji l-oħra jiddeskrivu l-każijiet tagħhom stess – ilkoll huma ommijiet li jaħdmu li bbenefikaw mil-leave tal-maternità mogħti lilhom skont il-liġi, iżda li ġew ippenalizzati mill-impjegatur billi ġew miċħuda d-dritt għal żieda ekwivalenti fis-salarji wara li rritornaw mil-leave, peress li ma kienet saritilhom l-ebda evalwazzjoni annwali tal-prestazzjoni tal-kariga. Fil-każ ta' żidiet fis-salarji tal-impjegati, ma hemm l-ebda regola ċara u speċifika dwar il-mod kif dawn għandhom isiru, u dan jirriżulta fil-possibilità ta' interpretazzjonijiet foloz min-naħa tal-impjegaturi u ta' ħolqien ta' prattiki diskriminatorji fl-applikazzjoni tal-liġi. Il-petizzjonanta tafferma li l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tikkonforma mal-atti tal-UE dwar in-nondiskriminazzjoni. Issemmi wħud minnhom: id-Direttiva Qafas dwar l-Impjiegi (Direttiva 2000/78/UE), id-Direttiva 2006/54/UE (riformulazzjoni) li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess fl-impjiegi u l-okkupazzjonijiet, inklużi skemi tal-pensjoni okkupazzjonali, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-leave tal-maternità (2015/2655 (RSP)) u ħafna atti internazzjonali vinkolanti li tagħhom hija parti l-Bulgarija (pereżempju l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa).

Nuoroda į peticiją

Vaizdas su QR kodu

Nuplėšiamas lapelis su QR kodu

parsisiųsti (PDF)

diskusijos

Dar nėra argumento UŽ.

Kol kas jokio argumento PRIEŠ.

Padėkite stiprinti piliečių dalyvavimą. Norime, kad jūsų susirūpinimas būtų išgirstas išlikdami nepriklausomi.

Reklamuoti dabar